Erbgħin Jum Quotes

Rate this book
Clear rating
Erbgħin Jum Erbgħin Jum by Antoine Cassar
30 ratings, 4.60 average rating, 5 reviews
Erbgħin Jum Quotes Showing 1-2 of 2
“Ma mxejniex għalxejn. Kull mixja tagħlima.
Dal-biża' tajjeb biss għall-poeżija.
Mill-bqija jibqa' jħaffer fil-ħamrija --
jekk neħlu miegħu, jispiċċa jidfinna.”
Antoine Cassar, Erbgħin Jum
“Issa taf. Meta tiddejjaq b'għeluqek,
flok tħabbel imsarnek fl-għoqda t'għeruqek,
oħroġ mill-bieb, ifrex il-mappa l-kbira,
itlaq imxi, ibqa' miexi sa tintelaq,
farfar trab it-tfulija minn fuq qalbek,
ħalli jgħibu warajk il-kubi rieqda
u ħoss ruħek tittondja ma' kull xefaq.”
Antoine Cassar, Erbgħin Jum