Fittixni Quotes

Rate this book
Clear rating
Fittixni Fittixni by Antoinette Borg
147 ratings, 4.58 average rating, 49 reviews
Fittixni Quotes Showing 1-2 of 2
“Bl-Ingliż jgħidu l-kurżità qatlet il-qattus, imma jien ngħidlek il-kurżità żammitu ħaj meta kien jgħix. Għax x’inhi l-ħajja jekk ma tkunx kurjuż? X’inhi l-ħajja jekk m’għandekx mistoqsijiet iżanżnu ma’ widnejk u jekk il-kaċċa għat-tweġibiet ma tqanqallekx qalbek mill-qiegħ? Ibqa’ staqsi... jekk ma tridx tgħix mejjet.”
Antoinette Borg, Fittixni
“Jogħġobni l-Malti. Ħossu ħassejtu jsaħħarni mill-ewwel darba li laqgħuh widnejja, widnejn ta' katavru jitbaskat sieket mal-kosta tal-Biskra. Kelmtu likkmitni, ħakmitni u bikkmitni. Għax il-Malti jixxeblek ma' xufftejk, imellislek ilsienek u jitbewwes ma' snienek. Qed tisma' kemm hu sabiħ? Il-Malti biċċa mużika qed tistenniek tikkomponiha. Il-Malti mhux tiktbu u titkellmu, imma tkantah u tiżfnu.”
Antoinette Borg, Fittixni