Eħlisna mid-deni Quotes
Eħlisna mid-deni
by
Karl Schembri16 ratings, 4.81 average rating, 2 reviews
Eħlisna mid-deni Quotes
Showing 1-7 of 7
“Mill-kunvent għall-ħabs m’hemmx xi qabża kbira. Imdawwar bl-irġiel kont u tibqa’, forsi dawn tal-aħħar ftit iżjed b’saħħithom. Juruk xi jsarrfu malli taqagħlek is-sapuna fix-xawer.”
― Eħlisna mid-deni
― Eħlisna mid-deni
“Mill-postijiet kollha li setgħu bagħtuk, skola għażlu. Mank dar tal-anzjani. Mank iċ-ċimiterju, għalkemm ma nafx jeċitawkx il-mejtin ukoll. Xi tgħidli, Mons.? Jew it-tfal biss? Il-mejtin orrajt? Ma tmisshomx? Tħallihom bi kwiethom? Ma tħobbhomx l-iġsma bierda jiddekomponu bil-mod il-mod? Tippreferi l-ġilda tarija tat-tfal taħt l-età? Ftehemna. Allura ngħid jien ma setax bagħtek iċ-ċimiterju, l-Arċisqof, u b’hekk kien jiskansa ma nafx kemm-il traġedja ma’ għexieren ta’ tfal li kellhom jgħaddu minn taħt idejk?”
― Eħlisna mid-deni
― Eħlisna mid-deni
“Issa m’iniex se noqgħod neħodlok ħafna ħin
inkellmek dwar il-karriera tiegħi. Wara kollox, storja fil-ġurnali tibqa’ importanti sakemm il-paġna stampata tintuża biex jinġabar iż-żibel jew biex jitgeżwer il-ħut. U llum bl-internet lanqas ir-riħa ta’ ħut jew ta’ żibel ma jifdal wara li l-istorja tkun telgħet u ntilfet qalb
ruxxmata stejjer oħra.”
― Eħlisna mid-deni
inkellmek dwar il-karriera tiegħi. Wara kollox, storja fil-ġurnali tibqa’ importanti sakemm il-paġna stampata tintuża biex jinġabar iż-żibel jew biex jitgeżwer il-ħut. U llum bl-internet lanqas ir-riħa ta’ ħut jew ta’ żibel ma jifdal wara li l-istorja tkun telgħet u ntilfet qalb
ruxxmata stejjer oħra.”
― Eħlisna mid-deni
“Iftaħ il-ferita u erġa’ iftaħha, u meta taraha se tagħlaq, erġa’ ħaqq l-ostja iftaħha, u agħmel mezz li ma tagħlaqx. Ma tarax! Ara li ħaqqalla ma tagħlaqx dil-qaħba ferita! Għax dan-nies ordinarji ħaqqhom biss l-istmerrija ta’ min jaf u jifhem u studja l-liġi tal-allat kiefra.”
― Eħlisna mid-deni
― Eħlisna mid-deni
“Hawn xi talba li jismagħha dan Alla tiegħek jew aħna biss mistennija nintrabtu biż-żobb ta’ maħfra?”
― Eħlisna mid-deni
― Eħlisna mid-deni
“Id-dawl f’wiċċek qisu qed idejqek. Qaħbeċ, u jien ħsibtek imdorri taħt id-dawl divin, mhux se tagħma b’daqsxejn ta’ bozza.”
― Eħlisna mid-deni
― Eħlisna mid-deni
“Se nitilqu l-lupu lura f’nofs in-nagħaġ, imma din id-darba n-nagħaġ se jkunu jistgħu jarawk u jifhmuk mingħajr ma turihom snienek.”
― Eħlisna mid-deni
― Eħlisna mid-deni
