Goodreads Librarians Group discussion

5 views
Adding New Books & Editions > Book to add please

Comments Showing 1-1 of 1 (1 new)    post a comment »
dateUp arrow    newest »

message 1: by Claria (new)

Claria | 4 comments * Title: It-Tifkiriet Tan-Nannu Lipp
* Author(s) name(s): Carmel G. Cauchi
* ISBN (or ASIN): 99909-1-001-4
* Publisher: Merlin Publishers
* Publication Date Year: 1992
* Page count: 104
* Format: Paperback

* Description: X'hemm tfal! Lili ma tafunix, iżda f'dan il-ktieb tiltaqgħu miegħi u nittama li nsiru ħbieb seww. Anzi se ssiru tafu wkoll in-Nannu tiegħi Lippu, u jien ċerta li miegħu tagħmlu ħbieb ukoll. Raġel minn tagħna ħafna n-Nannu. Jien sikwit immur nara għandux bżonn xi qadja, u nhar ta' Sibt filgħodu mmur innaddaflu u naħsillu l-art.

Iżda, bejnietna, mhux għalhekk biss inħobb inżur in-Nannu. Inħoss bħal seħer jiġbidni lejn id-dar tiegħu għax hemm ta' spiss niltaqa' ma' xi ħaġa mhux tas-soltu. U ngħid is-sew, u din bejnietna wkoll, jien daqsxejn kurjuża!

Dan l-aħħar skoprejt għandu moħba mimlija affarijiet kurjużi. Mad-daqqa t'għajn intom aktarx taħsbuhom imbarazz għar-rimi, u jien ma nagħtikomx tort. Għaliex għalfejn għandu wieħed iżomm - għadma ta' żebbuġa - folja ta' pitazz - ftit frak tal-hġieġ - widna ta' kikkra - ftit żerriegħa tal-bettieħ - lazz ta' żarbun qadim - par minutieri ta' arloġġ miksur - u bosta ħwejjeġ oħra ta' din ix-xorta?

Iżda għan-Nannu Lipp dawn huma kollha tifkiriet egħżież, u kull waħda minnhom għandha storja interessanti x'tirrakkonta.

Jaqbel għalhekk li nħallikom taqraw x'għandu xi jgħid in-Nannu Lipp biex taraw għandux raġun. Insellmilkom, tfal. Il-ħabiba tagħkom, Amanda.

* Language (for non-English books): Maltese
* Link to book page: https://bdlbooks.com/product/it-tifki...


back to top