* Title: Il-Ġrajjiet ta' Jacob Jones * Author(s) name(s): Carmel G. Cauchi * ISBN (or ASIN): 978999091343-9 * Publisher: Merlin Publishers * Publication Date Year: 2009 * Page count: 106 * Format: Paperback
* Description: Jacob Jones kien tifel fuq ruħu. Kien iħobb jagħmel ħafna ċajt goff. Darba minnhom, hekk kif fetaħ il-basket tal-iskola kienu pronti qabżu minn ġo fih żewġ pupi, wieħed aħmar u l-ieħor aħdar! Dawn bdew jaqbżu fuq il-mejda, jiġru wara xulxin u jagħmlu l-gabirjoli. Jacob bilkemm ried jemmen lil għajnejh. Dawk kienu l-pupi tat-traffic lights! Il-pupu aħmar li jgħidlek “Stenna” u l-aħdar li jgħidlek “Aqsam”. Imma dawk kif kienu spiċċaw fil-basket tiegħu?
Dawn iż-żewġ “pupi” ġabulu magħhom bosta sorpriżi oħra, bħal meta qasam lanġasa u ra wiċċu minqux fiha … jew meta fuq ġbinu tfaċċat l-ittra G ħamra tlellex u ma seta’ jneħħiha b’xejn … jew meta kibirlu mnieħer daqsiex u fih kellu ħruq in-nar … jew meta xeħtulu barmil ilma li għaqad blokka silġ ma’ rasu jew meta mal-lejl kibirlu denb kbir ta’ qattus … jew meta …
* Author(s) name(s): Carmel G. Cauchi
* ISBN (or ASIN): 978999091343-9
* Publisher: Merlin Publishers
* Publication Date Year: 2009
* Page count: 106
* Format: Paperback
* Description: Jacob Jones kien tifel fuq ruħu. Kien iħobb jagħmel ħafna ċajt goff. Darba minnhom, hekk kif fetaħ il-basket tal-iskola kienu pronti qabżu minn ġo fih żewġ pupi, wieħed aħmar u l-ieħor aħdar! Dawn bdew jaqbżu fuq il-mejda, jiġru wara xulxin u jagħmlu l-gabirjoli. Jacob bilkemm ried jemmen lil għajnejh. Dawk kienu l-pupi tat-traffic lights! Il-pupu aħmar li jgħidlek “Stenna” u l-aħdar li jgħidlek “Aqsam”. Imma dawk kif kienu spiċċaw fil-basket tiegħu?
Dawn iż-żewġ “pupi” ġabulu magħhom bosta sorpriżi oħra, bħal meta qasam lanġasa u ra wiċċu minqux fiha … jew meta fuq ġbinu tfaċċat l-ittra G ħamra tlellex u ma seta’ jneħħiha b’xejn … jew meta kibirlu mnieħer daqsiex u fih kellu ħruq in-nar … jew meta xeħtulu barmil ilma li għaqad blokka silġ ma’ rasu jew meta mal-lejl kibirlu denb kbir ta’ qattus … jew meta …
Il-lista tkompli.
* Language: Maltese
* Link to book page: https://merlinpublishers.com/product/...