Jump to ratings and reviews
Rate this book

Camerata!

Rate this book

335 pages, Paperback

Published January 1, 2020

4 people want to read

About the author

Aleks Farrugia

5 books15 followers

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
12 (70%)
4 stars
4 (23%)
3 stars
1 (5%)
2 stars
0 (0%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 - 5 of 5 reviews
Profile Image for Sylvana Zarb.
104 reviews17 followers
November 21, 2021
⭐⭐⭐⭐⭐

Camerata! ta' Aleks Farrugia

Ktieb ieħor ta' Farrugia fejn ħarġet il-kitba partikolari tiegħu; Malti eċċellenti li rarament għadek tara fil-kotba; ħafna riċerka wara kitbietu u storja li żżommok mill-bidu sal-aħħar. Għalkemm fih tidħol l-Istorja, xorta waħda huwa ktieb li għal persuna bħali, li faċilment (forsi iktar minn ħaddieħor) nixba, nitlef l-interess, żammni u bqajt insegwi ma' kull paġna li qallibt. Kull tema mhux imġebbda u bi protagonista eċċellenti.

Meta ngħid Malti eċċellenti, inkun qiegħda nirreferi għal Malti li jmur 'il bogħod mill-ħafna ideat 'moderni' li forsi għax jien rasi iebsa, ċertu modi kif il-Malti qiegħed jiġi 'immodernizzat' għad ma nistax inniżżlu. Fil-kitba ta' Aleks insib Malti li nammetti jserraħli s-sentimenti ta' moħħi, li għad hawn min kapaċi jikteb xogħol tajjeb u jagħmel użu minn Malti 'pur' ; Malti mhux imbabas jew imqanżaħ biex iħossu jlaħħaq mat-tibdiliet.
Profile Image for Brian Mifsud.
10 reviews
February 24, 2023
Aleks Farrugia jagħti lill-qarrejja rumanz thriller polizjesk bi sfond storiku. Rumanz li miktub bl-lingwaġġ kontemporanju, b’saħħtu imma fl-istess ħin bi still uniku. L-awtur iħaddem tajjeb il-lingwa Maltija b’kitba stil ferm moderna, imma fl-istess ħin jippreserva l-ambjent storiku li fih jiġri r-rakkont. Titħaddem tajjeb ukoll it-teknika tal-flaxbekk, fejn jinżamm bilanċ adegwat u filwaqt li jżomm l-importanza tiegħu fir-rakkont ma jtellef xejn l-andament mgħaġġel li bih huwa mżewwaq dan il-ktieb. Huwa ktieb li kull kapitlu jiġri xi ħaġa, iżomm fuq ix-xwiek u tistenna’ xi ħaġa ġdida li ħa tiġri u taħsad l-istorja. Dab huwa l-ewwel xogħol Alekx Farrugia li qrajt u onestament naħseb li l-kitba tiegħu hija kontribut siewi għal-letteratura moderna Maltija.
Kif għedt aktar qabel, ir-ritmu tar-rakkont huwa wieħed pjuttost mgħaġġel, imma fl-istess ħin jagħti ċans lill-qarrejja jixatrru sew dak li jkun qed jiġri, speċjalment dawk l-episodji li l-aktar jagħmlu effett fuq l-istorja. Iżda, aktar minnhekk l-istil partikulari tal-awtur jagħti ċans lill-qarrejja sabiex jaqraw fil-fond, u b’hekk jiddentifikaw ruħhom mal-Ispettur Camilleri, il-karattru protagonist, u kif ukoll mal-kumplament ta’ dawk sekondarji. Kieku ma kienx hekk, il-fatt li il-qarrej jista’ jħoss l-emozzjonijiet qawwija li jsawwru kull karattru u t-taqbid ta’ ġo fihom, effett tar-rakkont ma kienx joħroġ daqshekk. Dan ikompli jissaħħaħ bil-fatt li l-awtur uża lingwaġġ reali, li jintuża minn fil-djalogi tagħhom, fil-ħsibijiet u raġunamenti.

Aleks Farrugia irnexxilu iżewwwag ukoll rakkont b’ingredjenti diversi bħal l-avventura, tensjoni, romatiċiżmu u l-ġlieda tal-moralità. Dan jirnexxilu jagħmlu f’bilanċ assolut, f’rakkont li fih naraw xeneġjaturi mhux biss minn ambjenti differenti, imma ukoll fi żminijiet differenti. Imbad huwa hawn fejn b’abbiltà kbira l-awtur jinseġġ kollox flimkien bħal biżżilla u b’abiltà kbira iżomm ir-ritmu dejjem jogħla bil-mod, sakemm fl-aħħar jilħaq il-quċċata fil-ħin opportun f’konklużjoni li hija splużjoni ta’ tensjoni u emozzjonijiet, li tista’ tgħid huwa perfett li jagħmel ġieħ għar-rakkont innifsu. Sfortunatment huwa diffett ta’ ħafna kitba li it-tmiem ikun wieħed li jfalli lir-rakkont u għalhekk inqas is-saħħa tal-ktieb. Hawn, f’dan il-ktieb Aleks Farrugia jagħti eżempju ċar tal-konklużjoni b’saħħitha.

Hawnhekk ħa ndur naqra fuq il-kitba tal-awtur innifisha, li personalment inħoss li hija tal-għola livell. Huwa jikteb Malti sabiħ u b’saħħtu, iżomm mal-klassiku imma fl-istess ħin kontemporanju. Minkejja li jesperimenta fil-lingwa mill-aspett modern, huwa fl-istess ħin mingħajr ma jbabas jew iqanżah il-lingwa fl-adattament tiegħu. Hija kitba li jirnexxilha tpinġi u toħloq stampa reali. Minkejja d-dettal u l-fond li kien hemm bżonn li l-awtur jidħol fihom, huwa fl-istess ħin jagħmel dan fil-bilnaċ assolut. Teknika li għoġbitni ferm hiija kif ġew irrakuntati l-flaxbakk, kemm mill-att ta’ narrattiva, kif ukoll bl-użu ta’ tipa differenti. Ma jistax jonqos li fil-kapaċita tiegħu l-awtur eċċella bl-użu tad-djalogi kemm fil-lingwaġġ li uża u kemm bl-għażla u l-bilanċ ta’ meta intużaw.

Kollox ma kollox dan il-ktieb huwa ta’ livell għoli, u speċjalment għal dawk li jħobbu kotba mimlija tensjoni b’xeħta polizjeska dan għandu jkun għażla naturali. Jekk wieħed iħobb rakkonti bi sfond storiku, u li barra minnhekk li minkejja li huwa xogħol fittizju, hemm akkuratezza tajba ħafna dawn huwa rumaz li jgħodd għalik. Fil-fatt dan juri li l-awtur huwa infurmat sew fuq is-suġġett li għażel, żgur li frott ta’ ħafna xogħol ta’ riċerka, u dan fil-mod kif ċerti dettalji huma impinġija. Huwa ktieb għall-udjenza matura, speċjalment minħabba ċertu ligwaġġ użat u xeni grafiki. Jekk qarrej iħobb iterraq il-barra min-norma, żgur li għandu jieħu gost jaqra dan ir-rumanz.

Il-ktieb fil-librerija tiegħi huwa l-ewwel edizzjoni tas-sena 2021, ippubblikat minn SKS.

Profile Image for Maurizio Abela.
25 reviews
May 29, 2023
When I finished reading the book I ended up undecided whether I liked reading the book or not and in the end I opted to the first. The book basically revolves around the assignment that that a young Maltese police inspector is given the uncover a potential ploy to invade Malta by the Italian fascists. There are some side plots which include the demons that the inspector faces on a daily basis related to his father being sent to the gallows, his relationship with a childhood friend turned prostitute, his fast ascent within the police corp and a love story.
Although the book has several instances where a description of Malta under British rule is given I felt that more could have been invested on this front. The way that the details of the conspiracy were being transmitted from Italy to Malta is interesting and fascinating. The ending was somewhat pretty predictable however.
All in all the book is still a good read and I do not hesitate in recommending it.
14 reviews
January 8, 2022
Ktieb li jzommok herqan biex tkompli taqra, biex tara kif ha tizvolgi l-istorja u x'ha jsir mill-protagonisti. Int u taqra thossok tidhol fl-era li fiha miktub il-ktieb. Int u taqrah tinduna li r-ricerka li ghamel Aleks tghin biex tohloq stampa aktar reali taz-zminijiet fi Strada Stretta u minn xiex ghaddew.

Sfortunatament, ma tantx ghadek issib kittieba li 1. jiktbu bil-Malti u 2. Jiehdu l-hin mehtieg sabiex, mhux biss jiktbu ktieb, imma joholqu stampa reali fuq dak li qed jiktbu.
Displaying 1 - 5 of 5 reviews

Can't find what you're looking for?

Get help and learn more about the design.