Il-ħames misteru għall-iktar investigatur popolari fil-letteratura Maltija għat-tfal: Irvin Vella Irvin sparixxa. Ħadd ma jaf fejn mar. Mhux iwieġeb meta jċemplulu. U ma qal lil ħadd fuq xiex qed jaħdem. Issa kollox f’idejn Luca u Laura.
John Bonello is the award winning author of the young adult fantasy trilogy ‘Il-Logħba tal-Allat’ (The Game of the Gods), the time-travelling duology for adults ‘Unus Mundus’ and the series of detective novels for children Irvin Vella, Virtual Investigator. Learn more about him at www.johnabonello.com
December will be almost wholly dedicated to crime novels, of different kinds and genres.
Irvin Vella, a teenage private detective, is on his fifth case of his budding career. Though this time round he is less the central driving character (due to a cunning ploy employed by Bonello and a number of different perspectives introduced), it is a page turner nonetheless.
As Vella is getting inevitably older, subjects treated by the author are moving less in children's territory and more into young adults one.
Who knows: maybe some time Vella and Gallo will come face-to-face in a way or another.
Irvin kien mistenni jmur lura d-dar biex jiekol m’ommu u missieru, iżda ma tfaċċax. Meta jibqa’ ma jmurx lura, il-ġenituri tiegħu jinkwetaw u bl-għajnuna tal-Pulizija, jibdew ifittxuh. Hawn jidħlu fix-xena il-kuġini tal-investigatur, l-aħwa tewmin Luca u Laura. Bil-ħiliet tagħhom, jirnexxielhom jiskopru fejn l-aħħar li mar, u din l-informazzjoni twassalhom għal maħżen mitluq fil-Ħamrun . . .
---
Ir-riċerka għal din l-istorja kienet interessantissima - minn intervisti lil dilettanti tat-trobbija tal-għasafar, mistoqsijiet lill-Pulizija dwar x'jiġri meta persuna tiġi rrapurtata nieqsa, tfittxija għal post fejn nista' noħloq il-maħżen li kelli bżonn għal din il-ġrajja u riċerka fil-fond dwar l-amneżija temporanja. U dan kollu beda minn mistoqsija li għamilt lili nnifsi - Jekk Irvin jisparixxi u jitlef il-memorja, għaliex jitlifha? U fejn jispiċċa?