Id-djarju huwa l-akbar ħabib ta' Sandra. Miegħu tiftah qalbha u tgħidlu dak kollu li jkun għaddej minn moħħha u minn ħajjitha. L-intriċċi jibdew meta xi ħadd jispara tliet tiri fuq l-għarus tagħha, Mikas, li miet ftit ġranet wara.
Erbgħin jum ta' tensjoni mentali li għaddiet minnhom Sandra miktubin fid-djarju skont kif rat l-affarijiet hi...
Imma fl-istess ħin il-Kummissarju tal-Pulizija jagħmel minn kollox biex isolvi l-każ ta' Mikas u każijiet oħra relatati...
3.5 Dejjem xtaqt li kieku goodreads tista tagħti bil point imma insomma allura hallejtu 3. Kelli 'mixed feelings' jiena u naqrah. U tawwalt daqshekk biex lestejtu (meta faċilment tista taqrah in one sitting kif jgħidu l-Ingliżi, għax ħassejt li kien wisq bl-iskossi). Il-plott kien tajjeb, pero' nhoss li l-awtur kellu nuqqas kbir ta' riċerka fejn tidħol kif taħdem il-pulizija. Dan mhux l-ewwel ktieb tieghi fejn jidħol delitti allura bejn wieħed u ieħor naf kif is-soltu jizvolgu l-indaġni. Inħoss li l awtur għaġġel forsi wisq biex ħareġ dan il-ktieb u nahseb kieku kellu editur li hu awtur f'rumanzi polizjeski ukoll, kien ikollu prodott ahjar. Ninsab ċerta imma li ġaladarba darb'ohra jaħdem fuqha din, darb'ohra jkollu prodott aħjar.
Hadt gost naqrah, minkejja l- incidenti koroh li jirrakonta, kelli kurzita nara kif jispicca. Bqajt ftit imgerfxa pero ghax minkejja li fil-ktieb jirreferu ghal familja Fabri (ez. Albert Fabri), f pagna 154 hemm referenza ghal Julian u Ramona Zammit...!