L-ewwel ktieb li qeghda naqra mill-pinna ta' din il-kittieba brava Sharon Calleja u zgur li mhux se jkun l-ahhar. Kellhom ragun kulhadd jitkellem fuqhom. L-erbgha kotba l-ohra taghha qeghdin jistennew bil-herqa biex jinqraw. Storja sabiha immens li tehodna fi zmien il-gwerra fejn il-faqar, l-imhabba, ir-rispett, l-ingann u l-egoizmu tal-bniedem li ghax jaf li hu ghani, jahseb li ghandu jkun dejjem rebbieh huma l-istorja ta' dan ir-rumanz. Lorenza tfajla Ghawdxija li ghalkemm fqira, kienet sinjura fl-imhabba ghax habbewha zewg irgiel li jkunu hbieb u it-tnejn sinjuri u it-tnejn riduha ghalihom. Biss wiehed habbha tant li ccahhad minnha biex jaraha kuntenta. Ktieb li zammni u ma riedtux jispicca. Spiccajt nibki ghax lil Lorenza kont sirt inhobbha wisq. Kwotazzjoni li laqtitni immens min dan il-ktieb hi: "Ma tista qatt titlef xi haga li qatt ma kienet tieghek"..... U hekk hu!!! Brava immens Sharon kieku nista intik iktar min 5 stillel naghtihomlok.