Allura int se tgħix għal dejjem? Jew, forsi, ħafna snin? Ħmm …
Min jaf kemm għandek pjanijiet u ħsibijiet; postijiet li tixtieq tara u karigi li tixtieq tokkupa; tfal li tixtieq tnissel? Ħmm …
David Piscopo kellu rasu mimlija pjanijiet, u ħsibijiet, u xewqat. Xi darba kien se jwettaqhom kollha. Kellu wkoll qalbu mimlija mħabba għall-unika mara f'ħajtu. Imma bħal sajjetta fil-bnazzi nduna li kellu l-pulmun mimli wkoll … bil-kanċer.
U issa ried iwettaq imqar waħda minn dawk ix-xewqat. Waħda kbira. Li jibqgħu jitfakru sakemm idum ħaj!
Togħġobni l-kitba mexxejja tal-awtur u r-realtà tas-sitwazzjonijiet li jiffaċċjaw il-karattri matul l-istorja. Li ma kkonvincinix daqstant kienu l-etajiet ta' David (39 sena) u ta' Catherine, li matul diversi xeni jafu jittrażmettu ruħhom bħala ikbar milli fil-fatt huma (kont inthom talinqas ħamsin mill-mod kif iġibu ruħhom).